L-ammont ta’ snieter reġistrati għall-użu tal-kaċċa biss kien ta’ 27,343 fl-2014, żieda ta’ 1,284 fuq is-sena ta’ qabel. L-armi li jintużaw kemm għall-kaċċa kif ukoll fuq il-plattini kienu ta’ 8,039 fl-2013 u 8,641 fl-2014.
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus, li staqsa kemm kienu l-armi tan-nar reġistrati fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2013 u tal-2014 fil-kategoriji ta’ kollezzjonisti, kaċċa, sport u għaż-żamma.
L-armi tan-nar għand il-kollezzjonisti kienu jlaħħqu 18,994 fl-2013, li żdiedu għal 20,460 sas-sena li għaddiet, bil-maġġoranza kbira ta’ aktar minn 70% reġistrati b’liċenza ‘B’ li kienu ta’ 15,445 fl-2013, u 15,800 fl-aħħar tas-sena l-oħra.
L-armi reġistrati għall-isparar fuq il-plattini kienu jammontaw għal 7,951 fl-2013, li żdiedu għal 9,300 sal-2014.
Id-dħul mil-liċenzji tal-armi kien ta’ €857,464 fl-2013, u €872,342 s-sena li għaddiet.
//= $special ?>