Il-film “Furious 7” kompla fil-quċċata tal-klassifika tal-films fis-swali taċ-ċinema fl-Istati Uniti. Fit-tieni ġimgħa konsekuttiva, irnexxielu jdaħħal $60.6 miljun minn biljetti mibjugħa. B’hekk it-total tela’ għal $252.5 miljun.
Fil-klassifika Amerikana bħalissa, fit-tieni post hemm il-film ta’ Dreamworks “Home” li daħħal $19-il miljun, u fit-tielet post, il-film ta’ Scott Eastwood “The Longest Ride” li daħħal $13.5 miljun.
F’“Furious 7” qed jieħdu sehem atturi mill-iktar ċelebri fosthom Vin Diesel, Dwayne Johnson, Tyrese Gibson, Ludacris, Jason Statham, Kurt Russell u Djimon Hounsou.
L-attur Paul Walker, li miet fl-età ta’ 40 sena f’inċident bil-karozza f’Novembru li għadda, ħa sehem f’xi xeni u l-film jinkludi dedika lilu. Ħutu, Caleb u Cody, ħadu sehem f’xeni oħra wara mewtu taparsi ħuhom.
Madwar id-dinja, “Furious 7” diġà daħħal madwar $800 miljun.
//= $special ?>