Lokali

Id-Deputat Laburista Luciano Busuttil b’kritika qawwija għall-Bus Lane fil-Gżira

Id-Deputat Laburista Luciano Busuttil għażel il-midja soċjali biex jattakka b’mod qawwi l-Bus Lane ġdida fil-Gżira.

Lura fi Frar, Transport Malta kienet ħabbret li waħda minn żewġ karreġġjati fi Triq ix-Xatt kellha ssir ‘Bus Lane’, biex effettivament ikun fadal karreġġjata waħda biss għall-vetturi privati.

Transport Malta kienet qalet li din id-deċiżjoni ttieħdet wara li kien ġie deċiż li karreġġjata waħda tkun biżżejjed biex tlaħħaq mat-traffiku fi Triq ix-Xatt.

Id-deċiżjoni ta’ Transport Malta kienet ġabet kritika qawwija mill-membri tal-pubbliku. Kien hemm ukoll reazzjonijiet kontrastanti dwar din id-deċiżjoni.

Ix-xogħol f’Triq ix-Xatt, biex waħda minn żewġ karreġġjati tinbidel f’Bus Lane, beda f’Marzu. Iżda jidher li issa qed jinħass l-effett ta’ din id-deċiżjoni, tant li kien id-Deputat Laburista Luciano Busuttil stess li fuq Facebook ikkritika d-deċiżjoni ta’ Transport Malta.

Dan hekk kif f’dawn l-inħawi qed jispiċċa jinġema’ serbut twil ta’ karozzi f’karreġġjata waħda, mingħajr il-possibilta’ li t-traffiku jinqasam fuq żewġ karreġġjati. Dan minkejja li mill-‘Bus Lane’ bilkemm jgħaddu Karozzi tal-Linja.

Luciano Busuttil