Lokali Parlament

Il-ftit jiem jitwalu għal xhur

Il-ftit jiem li kien wiegħed f’Jannar li għadda l-Ministru Carmelo Abela biex jippubblika rapport ta’ inkjesta dwar deċiżjoni li ħa l-ewwel Kummissarju tal-Pulizija maħtur minn dan il-Gvern, issa saru xhur hekk kif ir-rapport baqa’ ma jiġix ippubblikat.

Ix-Shadow Minister Jason Azzopardi staqsa f’mistoqsija bil-mitkub lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela, jekk jistax iżomm kelmtu u jippubblika minnufih ir-rapport tal-inkjesta ordnata fl-2014 dwar id-deċiżjoni tal-eks-Kummmissarju tal-Pulizija biex jiġu irtirati l-proċeduri kriminali kontra raġel li aggredixxa l-pulizija fl-Għassa ta’ Ħaż-Żabbar f’Ġunju tal-2013.

Jason Azzoppardi fakkar lill-Ministru Abela li l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali f’Jannar ta’ din is-sena wiegħed li r-rapport tal-inkjesta kien se jkun “released in the next few days”.

It-tweġiba tal-Ministru Abela fil-Parlament kienet biss li se jżomm kelmtu.