Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum it-Tlieta, 14 t’April.

IN-NAZZJON bi storja dwar aktar xogħlijiet fil-privat minn ħaddiema tal-Gvern f’Għawdex. U storja oħra dwar kuntistabbli tal-Pulizija li issa qed imexxi l-customer care tal-Ministru Konrad Mizzi. Fuq tema separata, naqraw kif l-FKNK qed tinnota l-istqarrijiet kontradittorji tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

L-ORIZZONT isegwi bi prominenza l-istorja ta’ Patri Mark Montebello li l-ġimgħa l-oħra mexxa ċerimonja li fiha bierek iċ-ċrieket lil koppja gay.

Din l-istorja ġiet żvelata minn THE MALTA INDEPENDENT illi lbieraħ provat tieħu l-kummenti ta’ Patri Mark, iżda dan baqa’ sieket għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.

Minn naħa l-oħra, THE TIMES OF MALTA tiffoka fuq it-traġedji ta’ immigranti li tilfu ħajjithom fl-aħħar jiem fil-baħar Mediterran, bl-Italja tirċievi 38 telefonata għall-għajnuna f’erbat ijiem.