Lokali

Il-UĦM titlob laqgħa urġenti dwar l-Aġenzija Sapport

Il-UĦM, fi stqarrija, talbet laqgħa urġenti mal-Ministru Michael Farrugia u mas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana. Dan wara li l-UĦM irċeviet diversi telefonati minn ħaddiema inkwetati dwar l-awtonomija tal-Aġenzija Sapport, kif imħabbra fil-midja lokali.

L-UĦM, f’korrispondenza mibgħuta lil Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, għamlitha ċara li mhux aċċettabli li aħbar bħal din tiġi mħabbra fil-midja qabel ma jkun hemm konsultazzjoni xierqa mal-UĦM bħala l-unjin rikonoxxuta tal-ħaddiema.
Din is-sitwazzjoni hija waħda sensittiva li tirrikjedi li jkun hemm djalogu meħtieġ bil-għan li jkun assigurat li ħadd ma jitlef l-ebda kundizzjoni ta’ xogħol.

Il-UĦM itenni li tistenna koperazzjoni sħiħa mill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali bil- għan li ħaddiema ma jibqgħux fil-għama.

Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM Josef Vella qal li l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Aġenzija Sapport għandkom ikunu salvagwardjati u l-qagħda tagħhom f’din l-aġenzija m’għandiex tkun preġudikata.