Qed tiġi mfassla strateġija gћall-internazzjonalizzazzjoni tal-arti
Fond ġdid li ġie mniedi aktar kmieni llum se joћloq aktar opportunitijiet gћall-artisti Maltin sabiex jesportaw xogћolhom.
Il-fond – li jismu Cultural Export Fund – gћandu allokazzjoni ta madwar €130,000 fis-sena gћal gћotjiet gћall-ivvjaġġar, touring u traduzzjoni. Il-Cultural Export Fund jibni fuq is-suċċess tal-Mobility Grant u ta’ Spreading Words tal-Malta Arts Fund, li ġew żviluppati fi programm ġdid b’investiment akbar biex jirriflettu l-enfasi fuq l-esportazzjoni kulturali.
Travel Grants gћandu l-gћan li jiffinanzja l-mobbiltà tal-artisti u operaturi fil-qasam kulturali biex jesploraw, jiżviluppaw ћiliet, jibnu networks u jidћlu f’kollaborazzjonijiet internazzjonali. L-allokazzjoni massima hija ta’ €2,000 gћal kull proġett u hemm erba’ skadenzi fl-2015 b’baġit ta’ €8,000 gћal kull sessjoni. L-iskadenza li jmiss hija fit-22 ta’ Mejju f’nofsinhar.
Presentation & Touring gћandu l-gћan li jiffinanzja preżentazzjonijiet/wirjiet internazzjonali ta’ darba jew tours. L-gћan huwa li jixpruna s-sostenibbiltà ta’ xogћol professjonali filwaqt li jgћin biex l-eċċellenza kreattiva tasal gћand udjenzi internazzjonali. L-allokazzjoni massima hija ta’ €8,000 gћal kull proġett b’baġit ta’ €24,000 gћal kull sessjoni. Hemm żewġ skadenzi fl-2015; l-iskadenza li jmiss hija fit-22 ta’ Ġunju f’nofsinhar.
Spreading Words gћandu l-gћan li jgћin it-traduzzjoni ta’ xogћlijiet letterarji bil-Malti li jvarjaw minn kotba sa films, gћal distribuzzjoni internazzjonali. Din il-fergћa se titnieda mill-ġdid aktar tard din is-sena.
Il-fond tnieda l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqt li l-kumpanija nazzjonali taż-żfin, ŻfinMalta, kienet se titlaq lejn Ramallah, bћala parti mill-ewwel tour internazzjonali tal-kumpanija. Din il-mawra tixhed l-enerġija ġdida tal-kumpanija u tas-settur b’mod ġenerali. Matul din it-tnedija, Albert Marshall, iċ-chair eżekuttiv tal-Kunsill Malti gћall-Arti, ћabbar li l-Cultural Export Fund huwa parti minn programm kulturali internazzjonali estensiv li ġie mћabbar fil-baġit ta’ din is-sena. L-allokazzjoni ta’ €200,000 tinkludi inizjattivi oћra, bћal gћajnuna gћall-organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi biex jesportaw xogћolhom. Din is-sena il-Kunsill Malti gћall-Arti qed jingћaqad mat-taskforce taċ-CHOGM u mal-Ministeru gћall-Affarijiet Barranin biex jippreżenta programm kulturali gћall-organizzazzjonijet pubbliċi kulturali lejn il-pajjiżi ewlenin tal-Commonwealth.
L-istrateġija tinkludi wkoll inizjattivi tal-Kunsill Malti ghall-Arti biex jgћinu lis-settur jesporta xogћol artistiku u jipprovdi taћriġ. Total ta’ 35 proġett huma lesti biex jiġu esportati bћala parti mit-tieni Malta Showcase u l-artisti se jingћataw taћriġ iffukat fuq l-iżvilupp internazzjonali.
Ilu jinћass il-bżonn ta’ strateġija gћall-internazzjonalizzazzjoni fis-setturi kreattivi u kulturali, qal il-Ministru gћall-Kultura Owen Bonnici. “Li nipprovdu inċentiv sabiex l-artisti jista’ jkollhom aċċess gћas-swieq internazzjonali jippermetti biex l-arti ssir aktar professjonali u sostenibbli fit-tul. Dan jaqbel mal-prinċipju tagћna li nћeġġu djalogu interkulturali, li se jkun wieћed mill-prinċipji ewlenin tal-pjan fit-tul li se jiġi implimentat matul il-Presidenza tal-2017 u l-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018.”
Se jsiru laqgћat ta’ informazzjoni dwar il-Cultural Export Fund fit-22 u t-23 ta’ April f’Malta u Gћawdex f’kollaborazzjoni mal-Creative Europe Desk f’Malta. Bћall-fondi oћra pubbliċi amministrati mill-Kunsill Malti gћall-Arti, il-fond huwa wieћed kompetittiv u se jiġi evalwat skont kriterji fissi.
Il-linji gwida u l-formoli tal-applikazzjoni jistgћu jitniżżlu minn maltaculture.com. Gћal aktar informazzjoni tista’ wkoll iċċempel fuq 2339 7000 jew email fundinfo@maltaculture.com
//= $special ?>