Il-kantant tas-soul Amerikan, Percy Sledge, li jibqa’ famuż għall-kanzunetta ‘When A Man Loves A Woman, miet fid-dar tiegħu f’Baton Rouge, f’Louisiana, fl-eta ta’ 73 sena.
Il-kanzunetta partikolari hi s-‘signature tune’ ta’ Sledge u kienet telgħet darbtejn fit-‘Top 10’ tar-Renju Unit. Dan waqt li, fl-1966, ‘When A Man…’ kienet anki damet ġimgħatejn fil-quċċata tal-Billboard Charts tal-Istati Uniti.
‘When A Man Loves A Woman’ hi waħda mill-aktar kanzunetti magħrufa madwar id-dinja u l-esperti tal-mużika jirreferu għaliha bħala melodija ‘immortali’. Intant, din il-ġimgħa taħbat id-49 anniversarju ta’ meta ‘When A Man…’ kienet ħarġet għall-ewwel darba.
Percy Sledge kien onorat għall-kontribut tiegħu lill-mużika fl-2005 meta kien ikkonfermat mal-kantanti li naqqxu isimhom fir-Rock and Roll Hall of Fame.
//= $special ?>