Iktar konfermi li l-Universita ta’ Barts mhi se tinvesti xejn fl-iskola medika li l-gvern qal li se jiftaħ f’Malta u Għawdex.
Id-Dekan għall-Edukazzjoni ta’ Barts u l-Iskola tal-Mediċina u d-Dentristrija ta’ Londra Anthony Warrens jikkonferma li Barts mhux se jinvestu fl-iskola medika li se tinfetaħ f’Għawdex.
Din id-dikjrazzjoni saret f’artiklu online li fih kien kkwotat id-Dekan għall-Edukazzjoni ta’ Barts u l-Iskola tal-Mediċina u d-Dentristrija ta’ Londra Anthony Warrens li ta iktar informazjzoni dwar kif se topera din l-iskola u l-ħidma li qed issir.
Jirriżulta li l-istudenti li se jattendu l-Univerista Queen Mary ta’ Londra se jħallsu E35,000 fis-sena għall-istudji tagħhom. Il-korsijiet se jkunu mifruxa fuq ħames snin minn Settembru bi dħul inizjali ta’ 60 student. Ir-rapport jispeċifika li l-istudenti se jattendu l-korsijiet fuq sptar mibni mill-Gvern Malti, li skont l-artiklu qed jimmira li jattira pazjenti privati bi ħlas f’Malta.
Fl-artiklu Anthony Warrens, id-Dekan għall-Edukazzjoni ta’ Barts u l-Iskola tal-Mediċina u d-Dentristrija ta’ Londra, jagħti dettalji dwar il-ħidma li qed issir minn Barts fl-ippjanar tal-iskola f’Għawdex u Malta.
L-artiklu jispeċifika li huma daħlu fid-dettall fosthom dwar l-ammont ta’ plakek tad-dawl meħtieġa f’kull kamra għall-kompjuters tal-istudenti. Hu jsostni li l-investiment mill-gvern Malti jfisser li Queen Mary mhi se tagħmel l-ebda investiment kapitali sinifikanti f’din l-iskema u m’għandha l-enda riskju finanzjarju.
Il-Profesur Warrens ikompli li dan iserraħ moħħ kulħadd li Queen Mary tista’ tiffaċċja problemi bħal ma kellhom universitajiet Inlgiżi oħra li operaw fil-Mediterran.
Warrens isostni li l-Universita temmen li rnexxielha tnaqqas il-maġġoranza kbir tar-riskji u jikkummenta li l-proġett ta’ Malta se jkun qed ikabbar ir-reputazzjoni internazzjonali tal-universita Ingliża.
Jirriżulta li l-korsijiet li se jingħataw f’Malta se jkunu l-istess bħal dawk tal-Ingilterra.
//= $special ?>