Kukkudrill, allegatament, ħareġ mill-ilma f’Alabama, fl-Istati Uniti, attakka kelba ta’ madwar 45 kilogramma u belagħha.
L-inċident seħħ f’park naturali fil-bidu ta’ dan ix-xahar waqt li l-kelba kienet biswit sidha fuq pont tad-dgħajjes hekk kif kienet se toħroġ għas-sajd.
L-awtoritajiet fil-post issa qed ifittxu lill-kukkudrill li jista’ jerġa’ jattakka. Skont dawk li jieħdu ħsieb il-park, hu normali li fl-ilmijiet jaraw kukkudrilli ta’ bejn żewġ u tliet piedi kobor.
Fl-Istati Uniti wkoll iktar kmieni dan ix-xahar, kukkudrill attakka kelb li iktar tard miet minħabba l-ġrieħi.
//= $special ?>