Il-militanti tal-grupp Al-Shabab, fl-aħħar sigħat, attakkaw kumpless tal-Gvern tas-Somalja li jinkludi diversi Ministeri. Mifhum li nqatlu talanqas għaxra f’dan l-attakk fil-qalba ta’ Mogadishu, il-belt kapitali Somala.
Sekondi qabel l-attakk, aggressur kien saq karozza mimlija bl-isplussivi għal ġo ħajt madwar il-kumpless, u sħabu tal-Al Shabab, imbagħad, assedjaw il-bini.
L-aħħar rapporti minn Mogadishu, intant, qalu li l-qawwiet tas-sigurtà rnexxielhom jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Kelliema għall-Al Shabab ikkonfermaw li l-ġellieda tagħhom kienu wettqu dan ir-rejd meta l-militanti qed jopponu l-amministrazzjoni tas-Somalja li għandha l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti. L-istess grupp ta’ militanti – li għandu r-rabtiet mal-moviment terroristiku Al-Qaida – irid ukoll li s-suldati tal-Unjoni Afrikana jitilqu mill-artijiet tas-Somalja.
//= $special ?>