F’laqgħa kordjali li saret bejn l-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna, Patri Mark Montebello u l-Provinċjal tal-Provinċja Dumnikana Maltija Patri Frans Micallef, l-Arċisqof inkoraġixxa lil Patri Mark biex ikompli bil-ħidma pastorali tiegħu ma’ persuni omosesswali.
F’komunikat mill-Kurja, intqal li l-Arċisqof talab lil Patri Mark biex ikompli jsegwi l-prassi u d-dixxiplina tal-Knisja fil-ministeru tiegħu, speċjalment fiċ-ċelebrazzjoni ta’ riti sagri u fir-ritwali tal-Knisja.
Min-naħa tiegħu, Patri Mark irringrazzja lill-Arċisqof u lill-Vigarju Ġenerali għas-sapport tagħhom u qabel li fil-ministeru pastorali tiegħu ma’ persuni omosesswali hu jkompli jsegwi l-prassi u d-dixxiplina tal-Knisja.
Il-laqgħa ssejjħet mill-Arċisqof ta’ Malta stess wara li fl-aħħar jiem ġie ppubblikat ritratt li juri lil Patri Mark ibierek ċrieket ta’ koppja gay waqt ċeremonja tal-għerusija.
//= $special ?>