Lokali

Mara ddur djar f’San Pawl il-Baħar, titlob karità u minflok tisraq il-flus

MaltaRightNow.com irċieva numru ta’ twissijiet dwar mara li qed iddur numru ta’ residenzi f’San Pawl il-Baħar fejn qed tħabbat bl-iskuża li titlob għall-karità u minflok qed tispiċċa tisraq il-flus wara li tistieden ruħha b’idejha ġor-residenza.

Din il-mara, li skont rapporti li rċieva MaltaRightNow.com tidher li għandha madwar 30 sena, qed tħabbat djar, partikolarment residenzi li fihom joqgħodu l-anzjani.

Wara li titlob għall-karità, din il-mara qed tistieden ruħha b’idejha biex tidħol ġewwa fejn hemmek titlob xi tazza ilma jew xi ’tissue’ u sakemm ir-residenti jmorru jġibu dawn l-oġġetti, din il-mara tisraq il-flus.

Aktarx din il-mara qed tuża xi tip ta’ identifikazzjoni falza li qed tirrappreżenta xi organizazzjoni tal-karità.

MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-Pulizija huma nfurmati b’dan il-każ, madanakollu s’issa din il-mara għada ma nqabditx.