Is-Senatur ta’ Florida, Marco Rubio, ikkonferma li se jikkontesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti biex hekk sar it-tielet Repubblikan li ħabbar uffiċjalment il-kandidatura tiegħu wara s-Senaturi Repubblikani Rand Paul u Ted Cruz.
Intant, Rubio, li għandu 43 sena, qal li l-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti tibbaża fuq ‘l-għażla tal-ġenerazzjonijiet’ u wissa biex in-nies ‘ma tmurx lura għall-Mexxejja u l-ideat tal-passat’.
Il-kandidatura ta’ Rubio tħabbret sigħat wara li l-eks-Segretarju tal-Istat, Hillary Clinton, ikkonfermat li se tikkontesta għan-nomina tal-Partit Demokratiku (fil-Gvern) hekk kif hi wkoll għandha ambizzjonijiet kbar għall-White House.
Min-naħa tiegħu, Rubio hu kritiku aħrax tal-politika tal-President Amerikan Barack Obama – b’mod partikulari l-politika li tirrigwarda l-immigrazzjoni u l-iżblokk reċenti fir-relazzjonijiet ta’ Washington ma’ Kuba.
//= $special ?>