Lokali

Fi ftit ħin: Aktar minn 1,000 ruħ jappellaw biex il-Prim Ministru “jżomm kelmtu”

Fi ftit ħin, aktar minn 1,000 persuna ngħaqdu fuq il-paġna ta’ Facebook “#JosephZommKelmtek – #CloseTheSeason“, fejn qed isiru preparamenti biex issir protesta paċifika quddiem Kastilja nhar il-Ħadd li ġej.

Dan wara li fuq il-midja soċjali qed isiru appelli qawwija sabiex il-Prim Ministru Joseph Muscat jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa wara li kaċċatur qatel tajra protetta.

Filmat: Tinqatel tajra protetta fil-Manikata

EVENT

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li r-riżultat tar-referendum ta’ nhar is-Sibt dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa hu “l-aħħar ċans” għall-kaċċaturi.

[youtube width=”675px” height=”465px”]GABd4gvR6EY[/youtube]

Fuq il-midja soċjali, partikolarment fuq Facebook, mijiet ta’ persuni qed jużaw il-‘hashtag’ #JosephZommKelmtek sabiex iwasslu messaġġi lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iżomm kelmtu u jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa.