Fi tweġiba b’reazzjoni għall-storja ppubblikata ilbieraħ fuq is-sit maltarightnow.com dwar settijiet tad-drips, id-Dipartiment tas-Saħħa jixtieq javża illi kuntrarju għal dak rappurtat, id-dipartiment għandu biżżejjed settijiet tad-drips biex ilaħħaq mad-domanda.
Barra minn hekk ġie awtorizzat ukoll ix-xiri ta’ ‘l fuq minn 75,000 set tad-drip oħra, li mistennija jaslu Malta fil-jiem li ġejjin.
Fl-istorja kien rappurtat li nformazzjoni li wasslet għand maltarightnow.com turi li ntbagħtu istruzzjonijiet biex jigu irtirati mill-Isptarijiet, fosthom mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex, drip sets li qed jingħad huma diffetużi. Biss, iktar tard l-istess sorsi ikkonfermaw li, minħabba skarzezza, dawn id-drip sets difettużi qed jibqgħu jintużaw fl-istwali ta’ Mater Dei, għad-detriment tal-pazjenti.
//= $special ?>