Lokali Qorti

Filmat: Multa ta’ €2,500 għall-kaċċatur li qatel illegalment Daqquqa Kaħla

Stefan Micallef Kacca Illegali Daqquqa Kahla Manikata 3 150415

 

6:00pm: Il-Kaċċatur li dalgħodu spara fuq għasfur protett, ġie kkundannat mill-Qorti jħallas €2,500, filwaqt li ġew ikkonfiskati s-senter u l-liċenzja ġiet sospiża għal tlett snin u nofs.

4.20pm: Il-kaċċatur Stefan Micallef ta’ 43 sena min-Naxxar tressaq b’urġenza l-Qorti, akkużat bil-qtil illegali tal-għasfur Daqquqa Kaħla. Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, Micallef wieġeb għal darba darbtejn li hu ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh. Hu qed jiġi difiż mill-Avukati Chris Busietta u Paul Gauci Maestre. Wieġeb ukoll li ħaseb li l-għasfur kien gamiema.

Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Jurgen Vella mill-Administrative Law Enforcement, ikkoreġiet l-att tal-akkuża minħabba li dan l-ispeċi, għalkemm hu protett, ma jaqax taħt l-Iskeda Numru 1 tal-Għasafar Protetti.

Wara li l-Prosekuzzjoni ressqet is-sottomissjonijiet u d-Difiża spjegat il-pożizzjoni tagħha, il-Maġistrat Aaron Bugeja irtira mill-Awla. Is-sentenza mistennija tingħata llum stess.

Aktar kmieni …
3.40pm: Il-kaċċatur Stefan Micallef ta’ 43 sena min-Naxxar bħalissa qed jitressaq il-Qorti, akkużat bil-qtil illegali tal-għasfur Daqquqa Kaħla fl-inħawi tal-Manikata.

Micallef qed jitressaq quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja.

(Filmat: The Malta Independent)