Internazzjonali

FILMAT: Terrorista tal-ISIS jisplodi qabel jasal fil-post

Fl-aħħar jumejn beda jdur filmat li juri l-mument li terrorista suwiċda tal-ISIS sploda qabel ma wasal fil-post li kellu l-mira li jisplodi.

Il-filmat juri l-vettura li t-terrorista kien fiha. Splussivi li tqegħdu taħt l-art bħala sistema ta’ difiża waddbu l-karozza fl-ajru. Ftit sekondi wara, tidher il-vettura tisplodi fl-ajru bl-isplussivi tat-terrorista suwiċida.

Il-filmat ġie ppubblikat minn ‘LiveLeak’, u skont id-deskrizzjoni mal-istess filmat, il-każ seħħ fl-Iraq.

“Qabel ma t-terrorista suwiċida laħaq il-mira tiegħu, il-Forzi ta’ Peshmerga fl-Iraq irnexxielhom jeliminaw it-theddida. Hekk kif il-vettura laqtet l-isplussivi ta’ difiża, il-vettura ttajjret fl-ajru u splodiet waqt li kienet fl-ajru”, tgħid id-deskirzzjoni mgħotija minn LiveLeaks.

Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru Iraqqin talab lill-President Amerikan Barack Obama sabiex jibgħat aktar flus fl-Iraq biex il-pajjiż ikun f’pożizzjoni aħjar li jiġġieled it-theddida tal-grupp ISIS.