Imħallef f’Qorti fl-Italja ddeċieda li jekk parti minn koppja, li kienet miżżewġa, tkun qed tgħix ma’ persuna oħra f’relazzjoni stabbli anke jekk mhux żwieġ, ma tibqax ikollha dritt għall-manteniment mill-eksraġel jew mill-eksmara tagħha.
Il-Qorti Taljana, fl-2011, kienet diġà waslet għal sentenza li fiha spjegat li d-dritt għall-manteniment mhux awtomatiku, u li dan jista’ jitwaqqaf anke jekk b’mod temporanju.
Issa, f’sentenza tat-3 t’April ta’ din is-sena, il-Qorti marret lil hinn minn hekk u stabiliet li jekk persuna tkun iffurmat relazzjoni stabbli u qed tgħix ma’ persuna oħra, anke jekk tkun bit-tfal, ma jibqax ikollha dritt għall-manteniment mill-parti l-oħra taż-żwieġ preċedenti.
B’riżultat ta’ din is-sentenza jidher li anke l-istat issa qed jevalwa x’passi jista’ jieħu hekk kif qed jikkunsidra li l-pensjoni tar-romol ma tibqax tingħata fil-każ li armel jew armla jiffurmaw familja oħra anke jekk mhux bi żwieġ.
//= $special ?>