L-għaqda Kaċċaturi San Ubertu (KSU) kkundannat bla riservi l-inċident irrappurtat, dwar il-qtil ta’ għasfur protett fil-Manikata, u ħeġġet biex il-pieni xierqa jiġu applikati għal din l-illegalità.
Fi stqarrija, KSU saħqet li qed tassisti, permezz tal-membri tagħha u ta’ kaċċaturi oħra, biex isir infurzar tal-liġijiet. Insistiet li mhix se tittollera ebda abbuż wara li l-poplu ta maġġoranza fir-referendum dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Għalhekk l-għaqda appellat lill-kaċċaturi u lill-pubbliku in ġenerali biex jirrapporta kull attività illegali li jara b’rabta mal-kaċċa u jċempel lill-Pulizija fuq in-numru tat-telefon 119.
//= $special ?>