Żewġ avviżi ta’ infurzar ma ġewx segwiti b’azzjoni ta’ infurzar b’rabta ma’ ħajt illegali f’Marsalforn, f’Għawdex.
Dwar dan il-ħajt, il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament ma tax l-informazzjoni li talab id-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, li staqsa għaliex ma ttiħditx l-azzjoni ta’ infurzar fuq ħajt li qed jagħlaq Triq is-Sajjied, liema ħajt qed jimblokka din it-triq u l-aċċess għal kull min irid jgħaddi minn din it-triq għal Triq Għar Qawqla.
Il-Prim Ministru kien mitlub jispjega x’inhu jżomm milli dan il-ħajt illegali jitneħħa u jkun hemm aċċess liberu għal kulħadd f’din it-triq.
Għal dawn il-mistoqsijiet, il-Prim Ministru qal biss li “t-tagħrif għadu qed jinġabar”.
//= $special ?>