Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 15 t’April.

IN-NAZZJON jgħid li l-proġett tal-bini tal-Parlament il-ġdid sab intopp ieħor. It-transformer tal-pannelli fotovoltajiċi mhux kompatibbli,u trid spiża kbira biex dan jitranġa.

Il-gazzetta MALTA TODAY tirrapporta li ġie iffirmat il-ftehim mill-ElectroGas biex tixtri t-tanger tal-gass li se jitpoġġa f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk. Dan it-tanker se jiġi provdut minn kumpanija Malasjana.

THE MALTA INDEPENDENT issegwi l-iżviluppi dwar il-każ ta’ patri Mark Montebello, u tgħid illi l-patri Dumnikan għandu jsegwi d-dixxiplina tal-Knisja dwar koppji gay.

THE TIMES OF MALTA tikkwota lill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, li tkellem ilbieraħ fil-Parlament Ewropew u qal illi l-kriżi tal-immigrazzjoni tħammar wiċċ l-Ewropa kollha.

L-ORIZZONT jirrapporta kif ir-riħ affetwa l-ewwel jum tal-kaċċa fir-Rebbiegħa.