Lokali

Il-UĦM tiffirma ftehim kollettiv mal-Playmobil

Il-UĦM iffirmat ftehim kollettiv mal-ħaddiema tas-settur amministrattiv ta’ Playmobil.

B’dan il-ftehim kollettiv ġdid, il-ħaddiema se jgawdu minn żieda fil-pagi flimkien ma’ kundizzjonijiet aħjar u miżuri ġodda favur il-familja.

Gotthard Tabone, is-Segratarju tat-Taqsima Manifattura u Kummerċ tal-UĦM, esprima s-sodisfazzjoni tiegħu ma’ Matthias Fauser, il-Kap Eżekuttiv ta’ Playmobil, għall-fatt li l-kumpanija fehmet sewwa l-valur li ħaddiema tagħha jagħtuha.

Il-UĦM irringrazzjat ukoll lil Michael Cutugno, Kap Amministrattiv, lil Dolly Darmanin, Manager tar-Riżorsi Umani, u lil Edward Bonnici, Shop Steward, tal-koperazzjoni u l-kontribut tagħhom li wassal għall-ftehim.