Internazzjonali

Is-sit tal-Vatikan attakkat wara kliem il-Papa

Hackers mit-Turkija attakkaw b’mod ripetut is-sit elettroniku tal-Vatikan fil-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta.

Dan seħħ wara li l-Papa Franġisku tkellem dwar il-“ġenoċidju” tal-Armeni, bil-hackers jirnexxielhom iwaqqgħu s-sit elettroniku tal-Vatikan għal xi ħin. Sal-bieraħ filgħaxija, is-sit reġa’ tela’ għan-normal.

Skont is-sit elettroniku The Hill, hacker mit-Turkija ħa r-responsabiltà tal-attakk hekk kif talab lill-Papa biex jirtira kliemu dwar l-Armeni. L-aħbar spiċċat fuq ġurnali importanti bħall-Washington Post u s-sit teknoloġiku TechWorm.