Sport

Jaffrontaw tim ieħor Taljan

EUROPA LEAGUE: Wara li eliminaw lil Inter, Wolfsburg issa jmisshom jilagħbu kontra tim Taljan ieħor, dak ta’ Napoli.

Il-Ġermaniżi, li qegħdin fit-tieni post fil-Bundesliga, se jilagħbu l-ewwel leg f’darhom. Wolfsburg qed ikollhom wirjiet mill-aqwa dan l-istaġun u huma l-uniku tim fil-Ġermanja li qed joffri sfida denja lil-liders u champions Bayern Munich.

Hu proprju dan il-fatt li jista’ jtellef lil Wolfsburg milli jlaħqu ma’ żewġ kompetizzjonijiet f’daqqa imma jidher li s’issa qegħdin jaġħmlu dan mingħajr problemi fejn ta min jiftakar li minbarra li eliminaw lil Inter, eliminaw anke lil Sporting Lisbon.