Il-famuża zebra crossing bil-kuluri waslet ukoll f’Għawdex wara li ftit tal-ġimgħat ilu rajna zebra crossing ta’ dan it-tip fi Triq San Anna fil-Furjana.
Din iż-zebra crossing hija parti mill-inizjattiva tan-Nazzjonijiet Uniti imsejħa ‘Ħielsa u Ugwali’, li għandha l-għan li tippromwovi d-drittijiet indaqs għal persuni leżbjani, gay, bisesswali, trans u intersess.
Il-kuluri jispikkaw fit-triq ewlenija tar-Rabat Għawdex, u bosta kienu l-qarrejja li għaddewlna r-ritratti li ħadu huma stess jaqsmu minn fuq din iż-zebra crossing.
//= $special ?>