Lokali

Ċar u Tond: minn għada fid-21.30 fuq Radio 101

Għada fid-21.30 jibda l-programm Ċar u Tond immexxi minn Mark Azzopardi fuq Radio 101. Dan il-programm se jibda jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa u se jkun jinkludi diskussjoni mħallta ma’ mużika.

Fl-istudio ma’ Mark se jkun hemm diversi mistiedna, ħafna minnhom żgħażagħ li se jkunu qed jiddiskutu temi kurrenti. Is-semmiegħa jistħu jipparteċipaw permezz tat-telefon, SMS jew inkella facebook.