Il-qtates – inklużi dawk domestiċi – qed jinħatfu mit-toroq u jinqatlu bl-iskop li ‘jfornu lis-suq tal-laħam (tal-qtates)’ fil-Vjetnam.
Il-massakru tal-qtates fid-diversi bnadi tal-Asja qed ikun ikkalkulat’bl-għexieren tal-eluf’. Dan waqt li, fil-Vjetnam, qed jiftħu aktar ristoranti li jservu l-fdalijiet tal-qtates domestiċi ( li jirreferu għalihom bħala ‘baby tiger’) bħala l-platt preferut. Ix-xejra ħadet spinta wkoll minkejja l-liġijiet speċifiċi li ma jippermettux li l-qtates jittieklu.
Is-sid ta’ ristorant partikolari qrib Hanoi, il-kapitali tal-Vjetnam, qal li d-domanda għall-qtates tant hi għolja li, ‘biex ilaħħaq’, kellu joqtol aktar minn 30 qattus f’ġurnata waħda biss.
U minkejja li hu illegali għal stabbiliment li jservi l-laħam tal-qtates, magħruf li wħud ‘mill-akbar dilettanti ta’ dan it-tip tal-ikel’ (fil-Vjetnam) jinkludu l-uffiċjali tal-pulizija u l-avukati.
Il-laħam tal-qtates tant hu popolari li l-qtates domestiċi qed jinsterqu ‘skont l-ordnijiet’ mill-bnadi kollha tal-Vjetnam – inklużi mid-djar tas-sidien. Eluf ta’ qtates oħra, imbagħad, qed ikunu ‘traffikati’ mill-fruntiera (permezz tat-trakkijiet) mill-inħawi taċ-Ċina u Laos.
Kelliema għall-assoċjazzjonijiet li jridu l-ġid lill-annimali kkundannaw bla riservi dan il-kummerċ illegali. Dan meta mifhum li l-qtates li jitwasslu minn post għall-ieħor ‘qed ibatu mill-kundizzjonijiet atroċi’ waqt il-vjaġġi fit-tul qabel jispiċċaw skarnati ħajjin (bl-għadam jitneħħulhom) u servuti fuq il-platti.
//= $special ?>