Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 16 t’April.

THE MALTA INDEPENDENT jippubblika stħarriġ tal-opinjoni pubblika illi juri kif il-PN tassew qed ikabbar l-appoġġ tiegħu fost il-votanti. Jirriżulta li fis-survey ta’ April, anqas nies kienu negattivi fil-ġudizzjoni tagħhom fuq l-Oppożizzjoni.

IN-NAZZJON jirrapporta l-każ tat-tajra protetta li nqatlet ilbieraħ fil-Manikata; kundanni immedjati malli ħarġet din l-aħbar. Il-ġurnal TIMES OF MALTA jispjega kif in-nies qed jistennew li l-Prim Ministru jieħu azzjoni konkreta wara dan il-każ ta’ abbuż minn kaċċatur.

L-ORIZZONT jirrapporta l-każ li seħħ ilbieraħ fl-Imġarr fejn żewġ żgħażagħ weġġgħu wara li sfornda saqaf ta’ dura.