Ambjent Lokali

Jinġabru donazzjonijiet għall-kaċċatur li nstab ħati li qatel tajra protetta

Wara li l-Qorti mmultat lil Stephan Micellef is-somma ta’ €2,500 talli nqabad jispara fuq tajra protetta, bdiet issir ġabra minn diversi persuni sabiex Micallef iħallas din il-multa. F’inqas minn 24 siegħa diġà kienet inġabret somma sostanzjali li tlaħħaq it-€800. Il-flus qed jinġabru minn diversi kaċċaturi u nies qrib ta’ Micallef.

Il-kummenti li għadda lbieraħ Stephen Micallef fuq il-PBS qanqlu sentiment ta’ simpatija fost ħafna u dan kien fattur ewlieni li wassal lil diversi individwi jikkontribwixxu għall-ħlas tal-multa li ġiet imposta mill-Qorti.