Wara li l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) iddeċidiet li l-Partit Nazzjonalista kellu jżid in-numru ta’ Membri Parlamentari tiegħu bi tnejn… u wara li l-Gvern appella mid-deċiżjoni tal-Qorti
Quddiem il-Prim Imħallef Silvio Camilleri u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri llum inbeda l-proċess tas-smigħ tat-trazzjoni fl-Appell dwar l-appell tal-Gvern Laburista mid-deċiżjoni tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) meta fi Frar iddeċidiet li l-Partit Nazzjonalista kellu jżid in-numru ta’ Membri Parlamentari tiegħu bi tnejn.
Dan invista tar-riżultat elettorali fejn kien hemm nuqqas fil-proċess tal-għadd tal-voti fit-Tlettax u fit-Tmeinn Distrett. Minħabba f’hekk il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Jacqueline Padovani li quddiemha kien instema’ l-proċess kollu, laqgħet it-talba li kien ilu jisħaq fuqha l-Partit Nazzjonalista – dik li d-distakk fil-Parlament bejnu u bejn il-Partit Laburista kellu jun rifless fl-għadd ta’ siġġijiet, jiġifieri ta’ seba’ siġġijiet u mhux ta’ disgħa kif inhu fil-preżent.
Invista ta’ dik d-deċiżjoni l-Gvern Laburista appella mid-deċiżjoni u l-proċess tas-smigħ tat-trattazzjoni fl-Appell inbeda aktar kmieni llum.
L-Avukati Paul Borg Olivier u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-Partit Nazzjonalista. Fl-Awla preżenti f’isem il-Partit Nazzjonalista kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, is-Segretarju Ġenerali Chris Said flimkien ma’ Claudette Buttigieg, Frederick Azzopardi u Edwin Vassallo.
Il-Professur Ian Refalo flimkien mal-Avukatessa Susann Sciberras qed jidhru f’isem il-Kummissjoni Elettorali, filwaqt li l-Avukat Pawlu Lia qed jidher għal Joe Debono Grech, Justyne Caruana u Edward Scicluna mill-Partit Laburista.
Deher ukoll l-Avukat Toni Abela bħala appellant terz tal-Partit Laburista.
Il-partijiet kollha qablu li dan il-proċess tas-smigħ tal-partijiet kollha fl-Appell jissokta fit-30 ta’ April li ġej meta kull parti tkun tista’ tressaq is-sottomissjonijiet tagħha.
//= $special ?>