Lokali

Jittieħed b’ħelikopter minn Kemmuna

Raġel ta’ nazzjonalita’ Norveġiża kellu jittieħed permezz ta’ ħelikopter minn fuq il-gżira ta’ Kemmuna wara li, għal xi raġuni, żelaq u weġġa’.

L-inċident seħħ iktar kmieni wara nofsinhar, bil-membri tal-Protezzjoni Ċivili tiġi infurmata fil-pront minn individwi li kienu mar-raġel Norveġiż.

Minn sorsi li tkellmu ma’ dan l-istazzjon, jidher li r-raġel għadu kemm wasal l-isptar San Luqa, u bħalissa jinsab fi triqtu lejn l-isptar Mater Dei għal kura.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.