Il-Pulizija arrestat raġel minn Florida li niżel b’gyrocopter – speċi ta’ ħelikopter żgħir li kien niżel fil-ġonna tal-Capitol, fejn hemm il-Kungress Amerikan, fil-belt ta’ Washington.
Ir-raġel, Doug Hughes ftit qabel ħabbar x’kien se jagħmel u qal li hu ried ‘iwassal messaġġ’ lill-Kungress Amerikan rigward ir-riformi fil-finanzjament tal-kampanji politiċi.
Hughes kien identifikat bħala pustier minn Florida.
L-ispazju tal-ajru madwar il-bini tal-Capitol u l-White House, f’Washington, hu ristrett biss għall-ajruplani uffiċjali.
Joħloq allert fil-Kungress Amerikan
