Lokali

Jonqos l-ammont ta’ nies li taw rating negattiv lill-Oppożizzjoni

Survey ippublikat minn The Malta Independent juri tnaqqis sinifikanti fl-ammont ta’ persuni li taw rating negattiv lill-Oppożizzjoni.

Waqt li f’Diċembru li għadda kien hemm 51% ta’ dawk li pparteċipaw fis-survey li taw rating negattiv lill-Oppozizzjoni, dan naqas għal 38.8% fis-survey ippublikat illum. Dan filwaqt li dawk li taw rating pozittiv lill-Oppożizzjoni żdiedu 29% ghal 30.8%.

Dawk li ghadhom indecizi fuq l-hidma tal-Oppozizzjoni ukoll zdiedu minn 20% ghal 30.4%.

The Malta Independent tirraporta li dan huwa l-aħjar riżultat li kellha l-Oppozizzjoni fis-surveys tagħha mis-sena li għaddiet.

Is-survey juri wkoll li kien hemm 58% tal-partecipanti tas-survey li taw rating pożittiv lill-Gvern filwaqt li dawk li taw rating negattiv lill-Gvern naqsu minn kwazi 23.7% f’Diċembru li għadda għal 18.3% fis-survey ta’ dan ix-xahar.