Il-Pulizija fl-Eġittu tista’ tkeċċi mill-pajjiż barranin omosesswali u tista’ ma tħallix persuni omosesswali jidħlu fil-pajjiż.
Il-ġurnal Al Ahram żvela din l-aħbar wara li sar rikors amministrattiv. Fuq is-sit elettroniku tiegħu, il-ġurnal qal li l-Qorti Amministrattiva tal-Eġittu ċaħdet appell kontra deċiżjoni tal-Ministeru tal-Intern, li jkeċċi ċittadin Libjan wara li sar rapport lill-Pulizija fil-konfront tiegħu għax hu omosesswali.
Spjega li l-Qorti kkonfermat dak li ddefiniet bħala dritt tal-Ministeru li jkeċċi ċittadini barranin omosesswali jew iċaħħadhom milli jidħlu fil-pajjiż.
Għalkemm l-omosesswalità waħidha mhix reat fl-Eġittu, tiġi ppersegwitata taħt il-kappa tal-liġijiet ta’ kontra l-prostituzzjoni.
//= $special ?>