Eks-Pulizija ta’ 60 sena qrib Ġenova, fit-tramuntana tal-Italja, wettaq qtil doppju u suwiċidju f’każ li r-raġunijiet s’issa għadhom misteru imma li jagħti x’jifhem li jista’ jkun hemm mottiv marbut ma’ setta reliġjuża.
Ir-raġel l-ewwel ċempel lill-Pulizija biex jirrapporta li fl-appartament tiegħu kien hemm il-katavru ta’ mara Kubana, li kien hu stess li qatel xi jiem qabel. Imbagħad qabad karozza tal-kiri u waqt li kien fiha hu u mara oħra, Taljana, ħabat. Il-karozza ħadet in-nar u s-sewwieq u l-mara ta’ ħdejh mietu t-tnejn.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija ħareġ li t-tieni vittma aktarx li kienet il-carer ta’ ommu. L-ewwel vittma aktarx li mietet fgata jew mgħallqa.
Fl-appartament tar-raġel, il-Pulizija sabet erba’ ittri li fihom allegatament jispjega l-mottiv tiegħu. Skont sorsi qrib il-Pulizija, dawn għandhom x’jaqsmu ma’ mottiv ta’ kult ta’ setta b’oriġini Kubana.
//= $special ?>