Intervent f’waqtu minn Uffiċjali Korrettivi tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wasslu biex salvaw resident li nstab b’garbage bag imdawwar ma għonqu.
Fi stqarrija il-Gvern qal li l-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qegħdin jinvestigaw il-każ li seħħ fl-aħħar siegħat.
Dan ir-resident jinstab fi stat stabbli u wara li ġie eżaminat mit-tabib tal-Faċilità, ġie referut il-Forensic Unit fl-Isptar Monte Carmeli.
Mill-ewwel stħarriġ jidher li ma kienx hemm involviment ta’ terzi persuni fil-każ.
//= $special ?>