Tfajla ta’ 20 sena tista’ tgħoddha b’waħda meta ħadet in-nar waqt li kienet qed tipprova tneħħi n-nail polish qrib xemgħa mixgħula.
It-tfajla, f’Texas fl-Istati Uniti, ħarġet tiġri minn darha meta n-nirien telgħu f’salt sa għonqha hekk kif il-kimika li kienet qed tuża ħadet in-nar.
Il-ġirien għenuha biex tfew in-nar minn fuqha imma nofs ġisimha laħaq inħaraq. Issa hi konxja u qed tipprova tiġi f’sensiha fi sptar.
In-nail polish remover jinkludi l-kimika ethanol li jaqbad malajr. Dawn jistgħu jieħdu n-nar anke jekk ikunu biss qrib fjamma li ma jintmessux magħha. Dan iseħħ l-iktar f’postijiet magħluqa fejn l-arja ma tiċċirkolax u fejn il-fjamma tkun bdiet tgħolli t-temperatura tal-kamra.
//= $special ?>