Lokali Saħħa

Żidiet sostanzjali fil-prezzijiet ta’ numru ta’ mediċini, fosthom dawk għas-sogħla

Mediċini out of stock

Informazzjoni li wasslet għand Radio 101 turi li kien hemm żieda fil-prezzijiet ta’ xi mediċini. Fost dawn, hemm mediċini li saħansitra żdiedu b’aktar minn 45%, filwaqt li oħrajn li żdiedu fl-ahhar xhur hemm ukoll xi mediċini li jingħataw għas-sogħla.

Fl-aħħar jiem, il-Gvern ħabbar roħs f’14-il mediċina marbuta mad-dipressjoni, l-ansjetà, l-uġigħ fl-għadam, l-infezzjoni tal-għajnejn u d-dijabete. Madankollu, kif qalulna persuni li tkellmu magħna, qed ikun hemm mediċini oħrajn li qed jogħlew fil-prezz.

Il-persuni li tkellmu ma’ Radio 101 irrimarkaw ukoll li fis-settur tas-Saħħa, il-Gvern għadu ma wettaqx il-wegħda elettorali li jwassal il-mediċini fid-djar.