Internazzjonali

Arrestati wara li wadbu l-immigranti Insara fil-baħar

L-awtoritajiet Taljani qed iżommu 15-il persuna barranija arrestati. Dan b’rabta mal-każ fejn jirriżulta li 15-il immigrant ta’ reliġjon Nisranija twadbu l-baħar waqt vjaġġ mill-kosta Afrikana lejn l-Ewropa minħabba r-reliġjon tagħhom.

Dawk li twadbu l-baħar biex imutu kienu mill-Ghana u n-Niġerja.

L-arrestati huma mill-Kosta tal-Ivorju, il-Mali u s-Senegal u l-Pulizija f’Palermo akkużathom b’qtil u mibgħeda reliġjuża. Dawn kienu fost grupp li daħħal f’Sqallija l-Ħamis bil-vapur tal-merkanzija “Ellensborg”.