F’Anaheim f’Kalifornja fl-Istati Uniti, waqt is-Star Wars Celebration, ntwera t-trailer tal-film ġdid fis-serje ta’ Star Wars “Star Wars: The Force Awakens”. Film li se joħroġ għall-festi tal-Milied u li d-dilettanti tas-serje ilhom kważi 30 sena jistennewħ.
Dan għaliex fiħ se jerġgħu jieħdu sehem l-atturi li kienu ħadmu l-partijiet prinċipali fl-ewwel film li kien ħareġ lura fl-1977.
It-trailer jintemm b’leħen il-karattru ta’ Hans Solo, parti interpretata minn Harrison Ford, igħid lil karattru l-ieħor Chewbacca, “Chewie, we’re home”…