It-tema ewlenija din is-sena għal xahrejn ta’ attivitajiet dwar l-identità sesswali u tal-ġeneru hi “Free To Be Me”, jew “Ħieles li nkun jien”.
Il-Malta Gay Rights Movement ħabbar li l-attivitajiet infetħu fl-1 t’April b’film festival LGBT u jintemmu fit-30 ta’ Mejju b’mixja ta’ solidarjetà u party.
L-MGRM, fi stqarrija, qal li t-tema ntagħżlet biex torbot mal-avvenimenti importanti tal-aħħar sena, bl-introduzzjoni tal-liġi tal-unjoni ċivili u l-liġi tal-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali, li poġġew lil Malta quddiemnett fil-qasam tal-LGBTI fl-Ewropa u fid-dinja.
L-MGRM qal li l-attivitajiet jiċċelebraw l-individwu u l-komunità li tikkontribwixxi lis-soċjetà Maltija. Spjega li waqt li bidliet fil-liġijiet huma importanti, jeħtieġ iktar edukazzjoni u informazzjoni biex bil-mod il-mod jinbidlu l-qlub u l-imħuħ tan-nies li għalihom il-moviment hu kommess.
//= $special ?>