Lokali

Il-Qorti tordna lill-Pulizija tressaq lil Vince Farrugia

Il-Qorti ordnat lill-Pulizija biex tressaq lill-eks Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia b’akkużi ta’ ġurament falz u li influwenza xhieda biex jixhdu falz. Meta kien qed jippresiedi applikazzjoni mill-iżviluppatur Sandro Chetcuti biex il-Qorti tieħu azzjoni kontra Farrugia, il-Maġistrat Aaron Bugeja qal li hemm biżżejjed evidenza prima facie biex jibdew proċeduri.

Il-Qorti tinsab konvinta li Vince Farrugia mhux biss ipprova jinfluwenza xhieda billi qalilhom kif jixhdu, iżda pprova wkoll jagħti stampa li l-aggressjoni kienet aktar brutali mill-fatti kif ġraw.

Fis-sentenza tagħha dwar il-każ originali, il-Magistrat, illum Imħallef, Edwina Grima qalet lill-Pulizija biex tinvestiga lil Vince Farrugia u xhieda oħra li setgħu taw xhieda falza. F’dak il-każ, Sandro Chetcuti kien instab ħati li kkaġuna feriti ħfief fuq Vince Farrugia u kien ikkundannat xahar ħabs, sospiżi għal sena.