Minkejja l-andament kalm u normali fis-sala tal-għadd tal-vot fin-Naxxar, inqala’ inċident bejn aġenti tal-Partit Laburista li kienu qed josservaw l-għadd fil-lokalita ta’ San Pawl il-Baħar.
Dan l-inċident ħoloq kommossjoni fis-sala u kellha tintervjeni l-Pulizija biex tikkontrolla lill-aġenti Laburisti. Minbarra l-Pulizija, kellhom jintervjenu wkoll is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u Stefan Zrinzo Azzopardi biex jipprovaw jikkalmaw lill-aġenti Laburisti.
Quddiem din is-sitwazzjoni l-aġenti Laburisti li kienu nvoluti f’dan l-inċident inħarġu barra mis-sala.
//= $special ?>