Internazzjonali Knisja

Il-Papa jirringrazzja lill-Italja għall-ħidma mal-immigranti

Il-Papa Franġisku ringrazzja lill-Italja għal dak li qed tagħmel fil-konfront tal-kriżi tal-immigranti fil-Mediterran. Il-Papa qal dak fl-ewwel laqgħa li kellu ma’ Sergio Mattarella, il-President tal-Italja. Hu żied li filwaqt li l-Italja kienet qed tagħmel il-parti tagħha u aktar, issa kien imiss lill-bqija tal-Ewropa u l-bqija tal-kommunita internazzjonali li tagħmel il-parti tagħha.
Sadattant hekk kif qed tkompli tikber il-kritika għan-nuqqas ta’ azzjoni mill-Unjoni ewropea u l-kommunita itnernazzjonalif il-kofnront ta’ din is-sitwazzjoni, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin ta’ Franza, il-Ġermanja, l-Italja u s-Slovakkja, waqt laqgħa l-Ġimgħa f’Cesena għamlu appell għal reazzjoni b’saħħietha mill-Ewropa fil-konfront ta’ din it-traġedja li tikkonċerna lill-Ewropa kollha u l-bżonn li titfassal politika komuni li tikkonfronta din is-sitwazzjoni