John Truong mingħalih li kien qed jgħin lil oħtu jkollha serata bil-kwiet mal-għarus tagħha, meta aċċetta li jżomm tifel ta’ sentejn, li oħtu qaltlu li kien iben l-għarus tagħha. Minflok, sab ruħu bla ma jaf, kompliċi f’sekwestru stramb ta’ persuni.
Oħt Truong spiċċat arrestata mill-Pulizija, akkużata bis-serq tat-tifel ta’ sentejn, Ronnie Tran u ta’ ommu, bis-sehem ta’ nanntu ta’ 65 sena.
Il-każ seħħ f’Washington, fl-Istati Uniti. Oħt Truong, Alyssa Chang u nannet it-tifel, Vien Nguyen, rabtu idejn omm it-tifel b’qafliet tal-plastik u ħarġuhom minn darhom. F’dar oħra mbagħad, l-omm spiċċat imssakkra fi gwardarobba u nannet it-tifel u Alyssa Chang ħarbu bih.
John Truong induna li t-tifel kien misruq meta, fuq Facebook, l-għada li oħtu ħallithulu, ra ritratt tat-tifel li kellu rieqed f’daru flimkien ma’ nota mill-Pulizija li kienet għaddejja tfittxija għalih. Truong ipprova jċempel lil oħtu imma din baqgħet ma weġbitux u qatt ma marret tiġbor lit-tarbija.
Kien hawn li r-raġel ċempel lill-Pulizija li mbagħad arrestaw lil oħtu. Iktar tard, nannet it-tarbija marret minn jeddha għand il-Pulizija imma s’issa r-raġuni għaliex seħħ ir-reat għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>