Il-Prim Ministrru u Mexxej Laburista Joseph Muscat ammetta li fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-Sibt, il-Partit Laburista naqqas il-voti. Dan meta dawn huma lokalitajiet li fihom hemm maġġoranza Laburista.
Din kienet l-ewwel reazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti li ta ftit minuti ilu fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista. Fil-kummenti tiegħu l-Prim Ministru qal li l-Partit Laburista se jkun qed jirbaħ dawn l-elezzjonijiet u espriema sodisfazzjon li għall-inqas il-Partit Laburista se jirbaħ b’iktar minn vot wieħed kif kien jgħid hu fil-kampanja elettorali.
Sadattant mir-riżultati li ħerġin s’issa jidher li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed iżid il-vot b’mod pożittiv f’ħafna lokalitajiet filwaqt li l-Partit Laburista se jkun qed inaqqas.
Minkejja l-andament kalm u normali fis-sala tal-għadd tal-vot fin-Naxxar, inqala’ inċident bejn aġenti tal-Partit Laburista li kienu qed josservaw l-għadd fil-lokalita ta’ San Pawl il-Baħar. Dan l-inċident ħoloq kommossjoni fis-sala u kellha tintervjeni l-Pulizija biex tikkontrolla lill-aġenti Laburisti. Minbarra l-Pulizija, kellhom jintervjenu wkoll is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon u Stefan Zrinzo Azzopardi biex jipprovaw jikkalmaw lill-aġenti Laburisti. Quddiem din is-sitwazzjoni l-aġenti Laburisti li kienu nvoluti f’dan l-inċident inħarġu barra mis-sala.
//= $special ?>