Hemm possibbilta li teżisti ‘ħajja tal-aljeni avanzata’ f’almenu ħamsin galassija; bl-astronomi jibbażaw din it-teorija fuq l-indikazzjonijiet ta’ livelli għolja tar-radjazzjoni li m’humiex tas-soltu.
Fil-preżent, skwadra ta’ xjenzati ma’ Penn State University fl-Istati Uniti qed tistudja l-osservazzjonijiet tal-WISE observatory li qed iddur madwar id-dinja bl-iskop li jsibu t-traċċi tal-enerġija enormi prodotta mit-teknoloġija ‘tar-razzez ekstra-terrestrjali sofistikati’.
Ir-riċerkaturi jispjegaw li bħalma d-dinja tittrasmetti d-dawl u s-sħana għal ġol-ispazju, l-istess fenomenu jista’ jkun ‘validu’ anki għal ċivilizzazzjonijiet avvanzati f’xi galassija mbiegħda.
U wara l-analiżi ta’ xi 100,000 galassija, ir-riċerkaturi indikaw madwar 50 li għalihom ‘għandhom potenzjal interessanti.
Huma qalu li l-istudji sussegwenti ta’ dawk il-galassiji jistgħu jiżvelaw jekk l-oriġini tar-radjazzjoni tirriżultax mill-proċessi astronomiċi naturali. Hemm ukoll possibbilta li l-istudji jiżvelaw ‘il-preżenza ta’ ċivilizzazzjoni avvanzata ferm tal-aljeni’.
Fis-snin sittin, il-fiżiċista, Freeman Dyson, ippropona li wieħed jista’ jsib it-traċċi taċ-ċivilizzazzjonijiet tal-aljeni avvanzati, ‘il hinn mid-dinja, permezz tal-emissjonijiet infrared mill-galassiji inkwistjoni.
Intant kien biss wara l-introduzzjoni tat-teleskopji qawwija biżżejjed (bħas-satellita WISE) li jippermettu għall-istudji preċiżi li sar possibbli biex ir-riċerkaturi jagħmlu l-kalkoli sensittivi tar-radjazzjoni trasmessa mill-oġġetti fl-ispazju.
//= $special ?>