Raġel Pollakk u li għandu 35 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn gallarija f’għoli ta’ madwar żewġ sulari minn lukanda fil-Floriana.
Kien għall-ħabta tas-6.30 am, li l-Pulizija mid-Distrett tal-Belt ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom f’lukanda fi Triq l-Assedju l-Kbir, il-Floriana.
Il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ dawk mir-Rapid Intervention Unit, marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel ta’ nazzjonalita` Pollakka kien waqa’ minn gallarija f’għoli ta’ madwar żewġ sulari. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza għall-kura medika, fejn iktar tard hu kien ċertifikat li sofra ġrieħi gravi u jinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josett Demicoli LL.D fejn ordnat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>