Il-militanti tal-ISIS għadhom kemm ħarġu filmat ġdid li jingħad li juri l-qtil ta’ xi 30 Kristjani mill-Etjopja, fl-artijiet tal-Libja.
Il-filmat juri grupp ta’ rġiel fuq bajja waqt li qed jinqatgħulhom rashom, bi grupp ieħor ta’ vittmi jinqatlu bit-tiri f’rashom. Mifhum li l-vittmi huma membri tal-Knisja Etjopjana li kienu nħatfu, jiem ilu, mill-militanti fil-Libja.
Intant, il-filmat hu simili għall-oħrajn preċedenti li ħarġu l-ISIS, u li jinkludu l-massakru tal-21 Kristjani Eġizzjani (fil-Libja) li kien seħħ fi Frar. Iżda waqt li l-aħħar tape jinkludi l-logo uffiċjali tal-ISIS, l-awtentiċita tiegħu ma kenitx ikkonfermata mis-sorsi indipendenti.
L-aħħar filmat juri anki militanti mgħammad qed jhedded lill-Kristjani ‘dment li huma ma jikkonvertux għall-Iżlam jew iħallsu taxxa speċjali’.
//= $special ?>